PNL huwa l-akronimu ta’ Programmazzjoni Newro-Lingwistika u tista’ tiġi deskritta permezz ta’ varjetà ta’ modi. Id-definizzjoni formali ta’ PNL hija ‘l-istudju tal-istruttura tal-esperjenza suġġettiva tiegħek’ (sors: Romilla Ready. Neuro-linguistic Programming For Dummies. John Wiley & Sons; 2nd Edition, 2010). Din tiffoka fuq il-proċess tal-ħsieb tal-persuna (il-mod kif aħna nużaw is-sensi sabiex nifhmu l-affarijiet li qed iseħħu madwarna- ‘newro’), il-lingwa (il-mod kif aħna nużaw il-lingwa u kif din tinfluwenza lilna u lin-nies ta’ madwarna- ‘lingwistika’), u l-atteġġjament (il-mod kif norganizzaw l-ideat u l-azzjonijiet li jipproduċu riżultati mistennija u mhux mistennija- ‘programmazzjoni’).
PNL jista’ jgħin sabiex jinkoraġġixxi mod ġdid tal-ħsieb u ta’ kif sseħħ l-għażla u jirrikonoxxi l-intenzjonijiet pożittivi li jeżistu taħt kull azzjoni. Dan jista’ jiġi utilizzat bħala għodda sabiex jitbiddlu l-paradigmi (jew modi tal-ħsieb), jifhem lill-oħrajn u jibni koeżjoni soċjali.