Merħba għall-Gwida Elettronika ta’ Weight Matters!
Il-Gwida Elettronika se ttejjeb il-mod kif il-Programm ta’ Taħriġ ta’ Weight Matters u l-Health Mentoring Circles jitwasslu b’mod prattiku. It-test pilota tat-taħriġ u tas-Circles sar ma’ madwar 300 adult bl-għan kollettiv li jippruvaw jiġġestixxu l-piż u s-saħħa tagħhom. Din il-Gwida Elettronika taqsam l-esperjenza personali tagħhom tal-istudju pilota u l-esperjenza tal-faċilitaturi. L-ammont kbir ta’ materjal supplimentari eż. websajts, kotba, artikli, apps u podcasts se jkunu utli biex jappoġġja l-ħidma tiegħek stess.
Il-programm ta’ taħriġ ta’ Weight Matters huwa mibni fuq erba’ moduli:
- Il-Kunfidenza u l-NLP għall-kontroll tal-piż
- L-Awto-ipnożi u l-kuxjenza
- Ħajja sana
- Il-Litteriżmu tal-piż
Il-moduli t’hawn fuq għandhom l-għan li jżidu l-għarfien tal-parteċipanti li l-ikel u l-eżerċizzju mhumiex l-uniċi komponenti għal ħajja b’saħħitha. Din il-gwida se tiżviluppa kuxjenza dwar l-isfidi mentali u emozzjonali li n-nies jiffaċċjaw meta jippruvaw iżommu stil ta’ ħajja u piż san.
Nittamaw tassew li tieħu gost b’din il-Gwida Elettronika u tueħu gost tagħmel l-programm daqskemm ħafna aħna!