Il-Proġett

Id-dinja tinsab fin-nassa ta’ kriżi ta’ obeżità. Hawn fl-Ewropa, fl-2012, iktar minn nofs (52%) tal-popolazzjoni adulta kienet ħoxna (30 – 70%) jew obeża (10 – 30%), u l-figuri għadhom tilgħin. Fl-aħħar 20 sena, l-obeżità irduppjat f’ħafna mill-Istati Membri, b’varjazzjonijiet kbar bejn pajjiż u ieħor. L-istudji juru li hemm tendenza li nies li jagħmlu parti minn klassi soċjo-ekonomika iktar baxxa għandhom probabbiltà ikbar li jkunu obeżi. Fir-reġjun Ewropew tal-WHO, iktar minn miljun ruħ fis-sena jmutu minħabba mard marbut mal-obeżità.

Il-kawżi ta’ obeżità huma kumplessi.Dawn jinkludu l-bijoloġija u l-imġiba u huma mnisġa ferm f’kuntest ambjentali, soċjali u kulturali. Studji juru li l-ambjent huwa fattur ewlieni li huwa ta’ influwenza fuq id-deċizjonijiet li n-nies jagħmlu dwar l-istil ta’ ħajja tagħhom.

WeightMatters jieħu approċċ ġdid l-edukazzjoni tal-adulti fuq it-tnaqqis tal-piż u l-kontroll tiegħu li fl-aħħar mill-aħħar ser iwassal għal modi effettivi sabiex wieħed ikun jista’ jaffornta l-isfidi li wieħed jaffaċċja meta jgħix f’ambjent obeżoġeniku. WeightMattters ser joffri numru ta’ soluzzjonijiet uniċi permezz ta’ coaching u mentoring bħala bażi ħalli jissapportja lill-adulti sabiex jiżviluppaw l-għarfien neċessarju dwar tal-piż tagħhom, u jitgħallmu jibdlu l-perspettiva tagħhom sabiex jikkontrollaw it-tnaqqis tiegħu.