Partners

AcrossLimits hija SME dinamika Maltija ta’ riċerka u konsultazzjoni bl-għeruq tagħha mħawla ferm fis-setturi tal-ICT u l-innovazzjoni. Fil-fatt il-qalba tal-imprenditorjalità tagħha għadha marbuta ma’ soluzzjonijiet tal-IT għal skopijiet soċjali u imprenditorjali. Il-mission statement huwa: “L-innovazzjoni sabiex jingħelbu l-isfidi ta’ għada”.

Il-kumpanija ġiet stabbilita f’Ġunju tal-2001 bħala limited liability company. F’dawn l-aħħar snin, AcrossLimits nbidlet u issa hija magħmula minn tliet taqsimiet, primarjament fit-Tekonoloġija, Proġetti Ewropej u Taħriġ.
It-Taqsima tat-Tekonoloġija tagħna taħdem fuq l-iżvilupp ta’ software hands-on, applikazzjonijiet tal-internet, applikazzjonijiet tal-mowbajl u midja soċjali. Flimkien ma’ dan noffru wkoll għajnuna fuq kif l-ICT jista’ jintuża b’mod strateġiku sabiex itejjeb l-attività impreditorjali filwaq li tgħin sabiex jiġi revoluzzjonat il-mudell impreditorjali tagħha.

Across Limits ilha tipparteċipa u tgħin oganizzazzjonijiet oħra sabiex jibbenefikaw minn proġetti ffinanzjati mill-UE għal iktar minn 15-il sena. Il-kompetenza tagħna tvarja minn proġetti fil-qasam tar-riċerka għall-innovazzjoni li jiffukaw fuq l-eLearning, Imprenditorija, eHealth u Kultura Diġitali. Noffru konsultazzjoni fuq s-sostennibbiltà, project management, disseminazzjoni, għajnuna fuq il-kitba ta’ proposti għall-proġetti u assistenza fuq kif jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka fil-qasam tas-suq innifsu.

TrainingMalta.com huwa ċ-ċentru tat-taħriġ ta’ AcrossLimits li joffri korsijiet qosra fuq l-iżvilupp professjonali u personali. Aħna stabbiliment għal Edukazzjoni Ulterjuri awtorizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Malta, u l-korsijiet qosra tagħna jifirxu fuq ISO Quality Management, Marketing Diġitali, Imprenditorjalità, Robotika u l-użu tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni. Ibbukkja l-kors tiegħek onlajn fuq www.trainingmalta.com.

 

KMOP hija waħda mill-eqdem NGOs Griegi b’40 sena esperjenza miġbura f’servizzi offruti lil gruppi żvantaġġati. L-għanijiet ta’ KMOP jinkludu: li tistimola l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva tal-gruppi żvantaġġati; il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u l-ugwaljanza; it-titjib tal-benessri tal-gruppi vulnerabbli b’mod sostenibbli billi ssaħħilhom il-kapaċitajiet u jżidu l-aċċess tar-riżorsi; u żżid l-kuxjenza fuq problemi marbuta mal-politika soċjali. Sabiex jiġu milħuqa l-għanijiet imsemmija hawn fuq, matul is-snin, KMOP ħadmet ħafna sabiex żviluppat numru ta’ azzjonijiet, kbar u żgħar, u interventi marbuta mal-benessri soċjali u s-saħħa, impjeggabbiltà u l-ħarsien tad-drittijiet umani b’fokus fuq il-forom differenti tal-vjolenza (dik ibbażata fuq is-sess tal-persuna, dik ibbażata fuq kliem li jinċita għall-mibegħda), il-forom differenti ta’ intolleranza (razziżmu, ksenofobija), il-ġlieda kontra t-traffikar u l-ħarsien tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi u l-bqija, riċerka xjentifika u l-iżvilupp tal-kompetenza ta’ suġġetti marbuta mal-politika soċjali. Apparti l-forniment dirett ta’ servizzi permezz ta’ faċilitajiet bbażati fuq komunità deċentralizzata (tliet Group Houses u Ċentru tad-Day Care għal min huwa mentalment marid u kif ukoll ċentri ta’ għajnuna fi rħula varji), KMOP hijaa involuta b’mod attiv fi proġetti nazzjonali u Ewropej/internazzjonali li jindirizzaw problemi soċjali, b’fokus partikulari fuq adoloxxenti ta’ ftit sengħa jew li ilhom qiegħda, vittmi ta’ vjolenza u traffikar, persuni bi bżonnijiet speċjali, anzjani, immigranti u minoritajiet oħra, u tgħin sabiex ikun hemm partnership ta’ kapaċitajiet tekniċi li huma importanti fil-proġettazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ iktar minn 100 proġett u inizjattiva nazzjonali/ Ewropea/ internazzjonali.

AcrossLimits hija SME dinamika Maltija ta’ riċerka u konsultazzjoni bl-għeruq tagħha mħawla ferm fis-setturi tal-ICT u l-innovazzjoni. Fil-fatt il-qalba tal-imprenditorija tagħha għadha marbuta ma’ soluzzjonijiet tal-IT għal skopijiet soċjali u imprenditorjali. Il-mission statement huwa: “L-innovazzjoni sabiex jingħelbu l-isfidi ta’ għada”.

Il-kumpanija ġiet stabbilita f’Ġunju tal-2001 bħala limited liability company. F’dawn l-aħħar snin, AcrossLimits nbidlet u issa hija magħmula minn tliet taqsimiet, primarjament fit-Tekonoloġija, Proġetti Ewropej u Taħriġ.
It-Taqsima tat-Tekonoloġija tagħna taħdem fuq l-iżvilupp ta’ software hands-on, applikazzjonijiet tal-internet, applikazzjonijiet tal-mowbajl u midja soċjali. Flimkien ma’ dan noffru wkoll għajnuna fuq kif l-ICT jista’ jintuża b’mod strateġiku sabiex itejjeb l-attività impreditorjali filwaq li tgħin sabiex jiġi revoluzzjonat il-mudell impreditorjali tagħha.

Across Limits ilha tipparteċipa u tgħin oganizzazzjonijiet oħra sabiex jibbenefikaw minn proġetti ffinanzjati mill-UE għal iktar minn 15-il sena. Il-kompetenza tagħna tvarja minn proġetti fil-qasam tar-riċerka għall-innovazzjoni li jiffukaw fuq l-eLearning, Imprenditorija, eHealth u Kultura Diġitali. Noffru konsultazzjoni fuq s-sostennibbiltà, project management, disseminazzjoni, għajnuna fuq il-kitba ta’ proposti għall-proġetti u assistenza fuq kif jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka fil-qasam tas-suq innifsu.

TrainingMalta.com huwa ċ-ċentru tat-taħriġ ta’ AcrossLimits li joffri korsijiet qosra fuq l-iżvilupp professjonali u personali. Aħna stabbiliment għal Edukazzjoni Ulterjuri awtorizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Malta, u l-korsijiet qosra tagħna jifirxu fuq ISO Quality Management, Marketing Diġitali, Imprenditorjalità, Robotika u l-użu tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni. Ibbukkja l-kors tiegħek onlajn fuq www.trainingmalta.com

Crystal Clear Soft (CCS) hija kumpanija tal-iżvilupp tas-software li tirriċerka b’mod attiv fuq użi innovattivi tat-tekonoloġija tal-istat tal-logħob fl-oqsma tat-pubblikazzjoni diġitali, edukazzjoni, taħriġ u disseminazzjoni tal-għerf. Permezz tas-servizz turn-key, mill-kunċett innifsu u d-design istruzzjonali sal-ittestjar u distribuzzjoni tiegħu, CCS żviluppat applikazzjonijiet li ġew użati f’eluf ta’ klassijiet madwar id-dinja kollha! CCS hija primarjament kumpanija kummerċjali li tgawdi wkoll minn preżenza internazzjonali u minn lista impressjonanti ta’ klijienti, b’mod speċjali fil-oqsma tal-pubblikazzjoni u t-taħriġ korporattiv.

ANDID hija l-Assoċazzjoni Taljana tad-Djetisti. Ġiet imwaqqfa fl-1985 u għandha madwar 1000 membru. ANDID għandha Kumitat Eżekuttiv magħmul minn 11-il membru; Kumitat Xjentifiku magħmul minn 13-il membru u iktar minn 30 membru li huwa Rappreżentant Reġjonali. L-għan ta’ ANDID hija li tissapportja r-rwol tad-djetisti sabiex itejbu n-nutritional health tal-Ewropa u jnaqqsu l-inugwaljanzi. Sabiex jilħqu dan il-għan, hija tissapportja edukazzjoni dijetetika tal-aqwa kwalità, prattika professjonali, riċerka u partnership.
L-għanijiet ta’ ANDID ġew msejsa sabiex:

  • Jippromwovu il-professjoni dijetetika;
  • Jiżviluppaw id-dijtetika fuq livell xejntifiku u professjonali fl-interess komuni tal-assoċazzjonijiet membri;
  • Jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-membri u organizzazzjonijiet oħra- professjonali, edukattivi u statali;
  • Jinkoraġġixxu nutrizjoni aħjar lill-poplu.

ANDID hija membru tal-Federazzjoni Ewropea tad-Djetisti (EFAD) u tal-Konfederazzoni Internazzjonali tal-Assoċazzjoni tad-Djetisti (ICDA).

ANDID tikkolabora ma’ assoċazzjonijiet oħra ta’ professjonisti tas-saħħa u mas-Soċjetajiet Xjentifiċi Nutrizjonali, istituzzjonijiet, universitajiet, NGOs u mal-industrija tal-ikel.

ANDID ser tkompli b’mod pro-attiv l-inizzjattiva u t-tkabbir tal-partnerships sabiex ittejjeb is-saħħa nutrizjonali, tnaqqas l-inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi fejn tidħol is-saħħa u tikkontribwixxi għal prosperità ekonomika.

Bħala l-Assoċazzjoni Professjonali tad-Dijetisti fl-Italja, ANDID għandha kompetenza kbira u għarfien speċjalizzat fuq in-nutrizjoni, li ser ikun l-assi ewlieni għall-proġett Weight Matters.